Sfortunatament ilbieraħ ingħatat l-aħbar li missier il-Ministru Justyne Caruana, Paul John Caruana, mar għal ħajja ta’ dejjem.
Onor. Caruana żvelat li tinsab f’xokk u bla kliem: “Xokk. Bla kliem. Għada nagħtuk l-aħħar tislima imma int dejjem ħa tkun miegħi bħal ma dejjem kont. Int fejn int naf li ħa tibqa’ tħobbni b’ imħabba bla qies. Inħobbok Dad.”
Aħna minn Gwida.mt mill-ġdid nixtiequ ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familja, ħbieb u qraba ta’ Paul, kif ukoll lil kull min qed iħoss it-telfa tiegħu. Strieħ fis-Sliem għażiż.
Facebook/Justyne Caruana