Kathy illum qed tiċċelebra sena mal-għarus għażiż tagħha u kellimtni lilna ta’ Gwida.mt biex tgħaddi messaġġ lill-għarus tagħha f’dan il-jum. Hi qaltlu, “Int ħajti n-nifs tiegħi u mingħajrek ħajti ma jkunx fiha skop. Inħobbok għal dejjem.”

Hi tkompli tgħid, “Ħabbejtek ilbieraħ, inħobbok illum u nibqa’ nħobbok għal dejjem.” Illum hi u l-għarus tagħha jagħlqu sena flimkien u barra dan il-messaġġ tkompli żżid li hi grata u tgħidlu grazzi ta’ kollox speċjalment li għena tegħleb il-problemi f’ħajjitha.

Kathy tagħlaq billi tgħid, “mingħajru jien ma kontx negħleb id-diffikultajiet li għaddejt minnhom u bl-mħabba tiegħu wrieni kemm hi sabiħa l-ħajja u l-imħabba. Noel inħobbok u j’Alla nibqgħu ninħabbu sakemm imutu.”