Illum huwa għeluq snin Vanessa, il-mara tal-kantant Gianluca Bezzina. Flimkien għadhom tifla, Lyla, u bħalissa Vanessa tqila bit-tieni wild. Biex juri l-apprezzament tiegħu lejha, Gianluca kiteb erba’ kelmiet ta’ mħabba fuq il-midja soċjali.
View this post on Instagram
“Int l-isbaħ bniedma li naf. Grazzi talli tħobb lili (u lil Lyla)… int ħaqqek l-aħjar. Peress li tħobb kif Ryan Reynolds dejjem jitfa’ ritratti umoristiċi ta’ Blake Lively… Jien qed nitfa’ ritratti mill-Backstreet Boys music video tat-tqala tiegħek. Inħobbok,” qal Gianluca.
Aħna f’isem it-tim kollu ta’ Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil Vanessa l-isbaħ ġurnata mimlija mħabba, rigali sbieħ u memorji tal-ġenn. Awguri mill-qalb!