Bħal dejjem it-tabib Dr. Frank Portelli jaqsam bosta ħsibijiet fuq il-profil tiegħu, speċjalment rigward is-saħħa tal-pubbliku u l-imxija tal-Covid-19.
Apparti l-għadd ta’ pariri li jagħti lill-pubbliku għal kif nistgħu nikkontrollaw aħjar l-imxija, Dr. Portelli jaqsam anke affarijiet li jħoss li jkunu ta’ ġid u benefiċċju għall-pajjiż. Rigward il-vaċċin, Dr. Portelli qasam suġġeriment biex dan mhux biss jiġi importat minn barra, iżda anke jkun oriġinarjament Malti flimkien mal-liċenzji neċessarji
Ħafna qablu li pjan bħal dan jirrikjedi biljuni ta’ flejjes. Żgur li ma tkunx faċli daqshekk għal pajjiżna. Il-maġġor parti tan-nies imma jidher li qablu ma’ dan. Int x’taħseb?