Il-paġna uffiċjali Transport Malta kitbet dettalji dwar dak li ġara matul il-ġimgħa li għaddiet.
“Matul il-ġimgħa li għaddiet, l-uffiċjali tal-infurzar ta’ Transport Malta intervjenew f’60 inċident li jinvolvu kolliżjonijiet jew ħsarat fil-vetturi. Minn dawn kollha, kien hemm ukoll 7 kolliżjonijiet bi ġrieħi,” kitbu fuq il-paġna.
Fl-istess post huma jappellaw għal aktar responsabbiltà mis-sewwieqa. “Nappellaw lis-sewwieqa kollha biex jibqgħu viġilanti u jsuqu b’mod sigur. Kull prekawzjoni li tieħu tgħin biex tevita inċidenti u tħares it-toroq tagħna biex ikunu aktar sikuri għal kulħadd.”
Jagħtu dettalji anke ta’ kif u fejn persuna tista’ tirrapporta xi inċident.