“Inti Biddiltilna Ħajjitna Kompletament U Taffaxxinana Kuljum” – Daniel Muscat Caruana Lil Ibnu

Il-kantant lokali Daniel Muscat Caruana llum qed jiċċelebra għeluq snin l-għażiż Ibnu permezz ta’ kelmtejn emozzjonali ta’ mħabba fuq il-paġna tiegħu.

Hu kitiblu, “Awguri fil-ħames għeluq snin il-Valentino speċjali tagħna. Inti biddiltilna ħajjitna kompletament u taffaxxinana kuljum. Aħna nħobbuk ħafna u nafu fiċ-ċert li se tkun ‘big brother’ mill-aqwa. Nittamaw li d-dinja qatt ma tbiddel it-tbissima sabiħa tiegħek.”



Dan il-messaġġ jirrifletti l-imħabba ġenwina tal-ġenituri, li jridu mill-aqwa għat-tifel tagħhom u jemmnu fih b’qalbhom kollha. Dan il-messaġġ irċieva bosta kummenti t’awgurju mingħand is-segwaċi ta’ Daniel Muscat Caruana. Ma tistax ma tiggustax it-tbissima gustuża fuq fomm Valentino waqt li jħares lejn il-ġenituri tiegħu jkantawlu u jċapċpulu!



F’isem it-tim ta’ Gwida.mt, nawguraw l-isbaħ xewqat lil Valentino. Nisperaw li kellu ġurnata mill-isbaħ flimkien mal-għeżież tiegħu!



Ritratti:

Facebook / Daniel Muscat Caruana

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI