“Investigazzjonijiet Tal-Pulizija Wasslu Għall-Arrest Ta’ Raġel B’Rabta Ma’ Attentat Ta’ Serqa” – Il-Pulizija Ta’ Malta

Fuq il-paġna uffiċjali tagħhom, il-Forza tal-Pulizija ta’ Malta ħabbru li rnexxielhom jarrestaw raġel b’rabta ma’ attentat ta’ serqa.

Kitbu, “Investigazzjonijiet tal-Pulizija wasslu għall-arrest ta’ raġel b’rabta ma’ attentat ta’ serqa minn ħanut f’Birkirkara. Il-każ seħħ fl-aħħar tax-xahar li għadda, meta r-raġel allegatament daħal f’ħanut fi Triq il-Wied u hedded impjegat b’sikkina, fejn wara ħarab minn fuq il-post mingħajr ma seraq xejn.”



Qalu wkoll, “Il-pulizija rnexxielha tidentifika u tarresta lir-raġel, fejn dan tressaq il-qorti dalgħodu u ammetta l-akkużi miġjuba kontra tiegħu.”



Nirringrazzjaw lill-Pulizija ta’ Malta għad-dedikazzjoni tagħhom biex ikollna komunita` sigura. Tassew napprezzaw ix-xogħol tagħhom!



Ritratti:

Facebook / The Malta Police Force

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI