U ftit jiem wara li l-kantanta lokali Kayley Cuschieri ħabbret li qalet iva lill-maħbub tagħha Luke, wara li proponielha, wasal jum għeluq sninha.
Kayley llum tagħlaq 23 sena. Warajha għandha bosta esperjenzi bħala kantanta, fejn fost l-oħrajn ilha diversi snin sew fix-xena lokali tal-mużika.
Hi ħadet sehem f’diversi festivals lokali fosthom il-Konkors Kanzunetta Indipendenza, L-Għanja tal-Poplu u kienet parti fi grupp, Kwinti waqt Mużika Mużika.
Awguri mill-qalb Kayley!
Facebook/ Kayley Cuschieri