“43 Sena… Illum Niċċelebra L-Imħabba, Il-Gratitudni, U Kull Persuna Li Hija Parti Mill-Istorja Tiegħi.” – Priscilla Giordano Psaila Kaya

Kaya Malta

Il-kantanta lokali Priscilla Giordano Psaila Kaya tagħlaq sninha llum. Lil Priscilla rajnieha f’ħafna festivals lokali fosthom il-Malta Eurovision, L-Għanja Tal-Poplu, KKI u iktar. Preżentat programmi lura fiż-żmien bħal Kids TV.

“43 sena llum. Qalbi mimlija. Grazzi lill-ġenituri tiegħi, talli tawni l-ħajja, is-saħħa, u l-valuri li sawru l-mara li jien illum. Grazzi lil kull persuna li mxiet miegħi matul is-snin – dawk li baqgħu, li ħabbewni, li emmnu fija.”

Priscilla kompliet, “U lill-ħelwa Pippa tiegħi, għall-aktar imħabba pura u leali. Il-ħajja mhux dejjem kienet faċli, iżda kienet sinifikanti. Illum niċċelebra l-imħabba, il-gratitudni, u kull persuna li hija parti mill-istorja tiegħi.”

Awguri mill-qalb Priscilla!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI