Matthew Bartolo ħeġġeġ lill-irġiel biex jagħtu attenzjoni kbira għal dak li jdaħħlu f’moħħhom, bl-istess mod kif jieħdu ħsieb ġisimhom b’dak li jieklu.
Huwa saħaq li kontenut negattiv, għajdut u messaġġi tossiċi jistgħu jħallu impatt qawwi fuq il-benesseri mentali.
Matthew appella biex wieħed jagħżel b’għaqal il-kotba li jaqra, il-kontenut fuq il-midja soċjali, il-ħbieb li jdur magħhom u r-relazzjonijiet li jżomm f’ħajtu, peress li dawn kollha jinfluwenzaw il-mod kif persuna taħseb u tħares lejn ħajjitha.
Huwa enfasizza wkoll li relazzjoni b’saħħitha għandha tgħin lill-persuna tikber u mhux iċċekkinha. Skontu, jekk persuna kontinwament tħossha kkontrollata jew emozzjonalment għajjiena, “xi drabi l-vera qawwa tkun li jkollok il-kuraġġ li twarrab.”
Hu jtemm il-messaġġ tiegħu, “Ipproteġi l-paċi tiegħek. Ipproteġi s-saħħa mentali tiegħek. Ipproteġi l-futur tiegħek… Is-saħħa mentali tiegħek mhix determinata minn deċiżjoni waħda kbira. Hija ffurmata kuljum minn dak li tikkonsma, ma’ min tqatta’ l-ħin, dak li tittollera, u dak li tagħżel li twarrab. Agħżel bil-għaqal.”
Prosit tassew Matthew!
Facebook/ Matthew Bartolo