Ir-Russja qalet li llum, is-Sibt 20 ta’ Frar 2021, ix-xjenzati tagħha sabu l-ewwel każ ta’ trażmissjoni tal-influwenza tal-għasafar H5N8 fuq il-bnedmin u avżaw lill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.
Filwaqt li t-tip H5N8 li jittieħed ħafna bejn l-għasafar huwa letali għalihom, qatt qabel ma ġie irrappurtat li nfirex fuq il-bnedmin.
Il-laboratorju fir-Russja qal li huwa lest biex jibda jiżviluppa kitts tat-test li jgħinu jiskopru każijiet potenzjali ta’ H5N8 fil-bnedmin u biex jibdew jaħdmu fuq vaċċin.
L-influwenza tal-għasafar sabet ruħha f’diversi pajjiżi Ewropej fosthom fi Franza, fejn mijiet ta’ eluf ta’ għasafar inqatlu biex titwaqqaf l-infezzjoni.
Facebook/Arab News