Is-Segretarju Parlamentari Andy Ellul Iħabbar Leave Ġdid Għal Koppji Li Jkorru

Is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, Andy Ellul, ħabbar li koppji li jkorru se jingħataw sebat ijiem konsekuttivi li se jkunu qed jitħallsu mill-Gvern.

Ħabbar dan f’konferenza tal-aħbarijiet li fiha spjega din il-miżura ġdida. Dr Ellul qal li l-leave se jkun jgħodd mhux biss għall-mara li tkun korriet iżda wkoll għall-partner tagħha, irrelevanti jekk hux tal-istess sess u jekk il-koppja humiex miżżewġin.

Is-Segretarju Parlamentari qal ukoll li l-koppja se jkunu qed jingħataw sapport psikoloġiku u emozzjonali biex jibdew itaffu u jirkupraw ftit mit-trawma li jkunu għaddew minnha. Spjega li biex jittieħed dan il-leave, kulma se jintalab se jkun ċertifikat mediku mingħand il-ginekologu tal-mara u mhux se jintalbu dettalji żejda dwar il-każ.

Din ir-rifoma ġiet wara li l-Prim Ministru Robert Abela ta direzzjoni politika ċara biex tidħol fis-seħħ, u biex titmexxa mis-Segretarju Parlamentari Andy Ellul. Biex saret din il-proposta saret konsultazzjoni pubblika li fiha ġew mitkellma għexieren ta’ persuni fosthom esperti mediċi, ħaddiema, unions u min iħaddem, kif ukoll persuni li għaddew minn din it-trawma.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI