Is-Servizz Tal-Gozo Fast Ferry Ġie Mwaqqaf Minħabba Li L-Baħar Imqalleb

Is-servizz li ġie mniedi aktar kmieni din is-sena u żied il-konnettività bejn Malta u Għawdex, il-Gozo Fast Ferry ġie mwaqqaf temporanjament minħabba t-temp.





Ir-riħ qawwi u x-xita li laqtu l-gżejjer tagħna lbieraħ għamlu l-baħar bejn Malta u Għawdex pjuttost imqalleb – allura sakemm jikkalma, il-Fast Ferry’s qed jieħu dawn il-prekawzjonijiet sabiex jassigura li l-klijenti tiegħu jkunu siguri.



Huwa għalhekk li aktar kmieni llum iddeċiedew li jissospendu temporanjament il-vjaġġi bejn iż-żewġ gżejjer. Tajjeb li żżomm għajnejk fuq is-sit tagħhom u l-mezzi soċjali tal-Gozo Fast Ferry biex tibqa’ infurmat bl-aħħar aġġornamenti!

Sadanittant, il-Gozo Channel qed jopera bħas-soltu, allura tista’ tagħżel il-mod tradizzjonali ta’ vjaġġar minflok.

Facebook / Gozo Fast Ferry

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI