Is-Silta Miegħek Jien Ta' Kevin Paul Flimkien Ma' Midnight Disponibbli Fuq Il-Mezzi Diġitali – Smajtuha?

Kevin Paul, flimkien ma; Midnight, ħarġu silta ġdida bil-Malti bl-isem Miegħek Jien, kanzunetta li mhux biss titkellem dwar l-imħabba iżda li għandha wkoll skop nobbli mmens.





Din is-silta kienet miktuba b’mod speċjali biex tappoġġja lil Bjorn Formosa fil-missjoni tiegħu ta’ DAR Bjorn – dar li toffri kura u appoġġ lil persuni li qed jiffaċċjaw il-marda ALS u kundizzjonijiet newroloġiċi oħra. Il-mużika u l-lirika ta’ Miegħek Jien iġorru messaġġ ta’ solidarjetà, kuraġġ u mħabba, u jfakkru lil kulħadd kemm hija importanti l-preżenza ta’ persuna maġenbek fi żmien diffiċli.



L-inizjattiva turi kif l-arti tista’ tkun mezz qawwi biex tingħaqad il-komunità u jinġabru fondi għal kawża li verament tmiss il-qalb. Din is-silta mhux biss hija dedikata lil dawk li jgħixu f’dawn iċ-ċirkostanzi, imma tfakkarna wkoll li, fil-mumenti ta’ dlam, il-frażi “miegħek jien” tista’ tfisser kollox.

Il-pubbliku huwa mħeġġeġ biex jisma’, jaqsam u jappoġġja – mhux biss il-kanzunetta, imma wkoll il-missjoni ta’ DAR Bjorn. Għax flimkien, nistgħu nkunu dawl għal xulxin.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI