Is-Società Filarmonica Maria Mater Gratiæ Żabbar AD 1883 permezz tal-mezzi soċjali tagħha ħabbret b’sens ta’ niket profond it-telfa ta’ wieħed mis-soċji tagħha, is-Sur Mario Farrugia.
Huma kitbu, “Is-Soċjetà tinsab maħsuda bit-telfa tas-soċju s-Sur Mario Farrugia. Tislima lill-memorja ħelwa tiegħu u kondoljanzi mill-qalb lill-familja kollha f’dal-mument daqstant diffiċli.”
Mario kien figura rispettata u maħbuba, li għal snin twal wera impenn u lealtà lejn is-Soċjetà. Il-kontribut tiegħu se jibqa’ jkun imfakkar.
F’isem it-tim ta’ Gwida, noffru l-kondoljanzi sħiħa u mill-qalb lill-familja tiegħu, lill-qraba, u lill-ħbieb kollha tiegħu f’dan il-mument ta’ tbatija. Aħna magħkom f’dan iż-żmien diffiċli u nibqgħu nitolbu għas-serħan ta’ ruħu.
Strieħ fil-paċi!