Kull telfa hi kiefra, speċjalment meta dak li jgħaddi għall-ħajja ta’ dejjem ma jkunx daqstant kbir. B’hekk it-telfa donnha tinħass iktar għax ma tkunx waħda mistennija, speċjalment mill-familjari, qraba u ħbieb.
It-telfa ta’ Josette, ħasdet lil bosta nies minħabba l-fatt li hi mietet fl-età ta’ 63 sena. Il-familja tagħha ddeċidew li waqt il-quddies, issir ġabra biex tingħata lil Puttinu Cares. Puttinu Cares, kuljum jgħinu mijiet ta’ pazjenti u l-familji tagħhom.
Puttinu Cares jiktbu, “Josette Theuma marret tiltaqa’ mal-Mulej irxoxt fl-età ta’ 63 sena. Waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-ħajja tagħha saret donazzjoni ta’ €1,380 lil Puttinu Cares. Grazzi tal-appoġġ u l-ġenerożità tagħkom. Jalla Alla jbierek ruħek. Kondoljanzi lill-familja kollha.”
F’isem it-tim ta’ Gwida, insellmu l-memorja ta’ Josette. Strieħ fis-sliem għażiża u kompli ħares fuq il-maħbubin tiegħek li ċertament qed iħossu n-nuqqas għażiż tiegħek.