Is-Superyacht Li Jiswa €175 Miljun ‘Mayan Queen IV’ Jinsab Fil-Birgu

Wieħed mill-aktar yachts privati lussużi fid-dinja, il-Mayan Queen IV, wasal f’Malta u bħalissa jinsab fil-Marina tal-Birgu. Il-jott li hu twil 93 metru jiswa madwar €175 miljun.

Il-jott kien jappartjeni lil Alberto Baillères, biljunier famuż Messikan li miet fl-2022 fl-età ta’ 90 sena. Huwa kien wieħed mill-aktar nies sinjuri fil-Amerika Latina u kien imexxi Grupo BAL, kumpanija kbira li taħdem f’oqsma bħall-minjieri, l-assigurazzjoni u l-finanzi. Wara mewtu, il-jott jinsab f’idejn il-familja tiegħu, b’mod speċjali ibnu Alejandro Baillères, li ħa f’idejh ħafna mill-irwoli ta’ missieru.





Il-Mayan Queen IV inbena fl-2008 fil-Ġermanja minn Blohm + Voss. Id-disinn ta’ barra sar minn Tim Heywood, u ġewwa minn Terence Disdale, disinjatur magħruf li jaħdem ma’ familji rjali u nies influwenti madwar id-dinja.

Dan il-jott mhux biss sabiħ minn barra, imma fih ukoll ħafna lussu: bħal helipad, diversi livelli b’salotti u veduti spettakolari, ċentru għall-benessri, pixxina, u postijiet eleganti għall-mistednin u l-ekwipaġġ.



Malta qed issir dejjem aktar popolari għal jottijiet bħal dawn, u l-preżenza tal-Mayan Queen IV fil-Kottonera turi kemm il-gżejjer tagħna jattiraw nies sinjuri minn madwar id-dinja.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI