Il-paġna tal-Forza tal-Pulizija ta’ Malta ħabbret li s-Supretendent Johann Joseph Fenech kiseb il-pożizzjoni ta’ Assistent Kummissarju
Huma kitbu, “Is-Supretendent Johann Joseph Fenech illum ġie mogħti l-irwol ta’ Assistent Kummissarju. Is-Sur Fenech beda l-karriera tiegħu bħala Spettur tal-Pulizija fl-2004 u laħaq Supretendent fl-2018. Matul is-snin, serva kemm fil-pulizija tad-distrett kif ukoll f’fergħat speċjalizzati. Huwa mexxa wkoll l-Unità ta’ Vjolenza Domestika (GBDVU) sa mill-istabbiliment tagħha f’Ottubru tal-2020.”
Żiedu jgħidu, “Fil-kariga l-ġdida tiegħu, il-KA Fenech issa se jmexxi l-ICT and Data Management Unit – pożizzjoni strateġika fiċ-ċentru tal-evoluzzjoni diġitali tal-Korp.”
Il-Kummissarju Angelo Gafà qal, ““Din il-ħatra timmarka pass ieħor importanti fil-vjaġġ tagħna lejn Korp tal-Pulizija modern u professjonali. Il-Kummissarju Assistent Fenech għandu BSc (Hons) fl-Istatistika u l-Informazzjoni, u għalhekk huwa mistenni jġib miegħu l l-għarfien meħtieġ biex imexxi l-ICT and Data Management Unit lejn era ġdida ta’ trasformazzjoni diġitali.”
Facebook / The Malta Police Force