Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Il-papà jħobbok ukoll, qasmu mas-segwaċi tagħhom messaġġ importanti li jista’ jgħin lil bosta min-nies.
Bdew billi qalu, “Is-suwiċidju mhux dejjem ikun viżibbli. L-uġigħ jista’ jinħeba wara tbissim, ċajt, u “Jien tajjeb.” Agħti ħarsa lejn sħabek, il-familjari u l-maħbubin tiegħek. B’telefonata tista’ tbiddel il-ħajja ta’ ħafna! “Kif int? il-ġurnata t-tajba” tista’ tagħmel differenza kbira. Kun ġentili. Kun preżenti. Żomm kuntatt.
Qalu wkoll, “Fejn wieħed jista’ jitlob l-għajnuna.
Crisis Resolution Malta jew fuq 9933 9966
2122 8333 / info@victimsupport.org.mt
Emotional support helpline 116123
Supportline 179 anke 1579