Mil-lum bdew jinbigħu l-biljetti għall-finali ta’ Konkors Kanzunetta Indipendenza tal-2025. Dis-sena l-finali mistenni jkun ippreżentat mill-bravissimi Eileen Montesin u bintha Christine Haber flimkien ma’ Dylon Brignano.
Bħas-snin preċidenti l-ispettaklu mistenni jseħħ f’Dar il-Mediterran u se jkun hemm 20 finalist li lkoll se jkunu qed jikkompetu sabiex jirbħu t-trofew prestiġjuż.
Il-finali ta’ Konkors Kanzunetta Indipendenza mistenni jseħħ nhar is-Sibt 13 ta’ Settembru fit-20:30.
Tistgħu tidħlu HAWN sabiex tixtru l-biljetti.
Ritratti: NET News