"Issa Se Jerġgħu Jħallsu Ċ-Ċittadini Ta' Rieda Tajba Biex Jitneħħa U Safrattant Min Remieh Franka Lira" – 7R Lifestyle

7R Lifestyle Malta kontinwament jinsabu għaddejjin bil-missjoni tagħhom li jiġġieldu favur ambjent san u nadif fil-gżejjer Maltin. Sfortunatament l-isforz tagħhom biss mhux biżżejjed biex iwaqqaf il-vandaliżmu u d-disrispett lejn l-ambjent li rridu ngawdu int u jien.

It-tim jikteb fuq il-paġna tiegħu, “Rimi kontinwu dejjem jinġema’. Dan post li fih saru diversi dumping ta’ skart tal-kostruzzjoni, munzell wara ieħor li tnaddfu mill-Cleansing mit-taxxi tal-poplu u anki minnha stess.”

Ikomplu jiktbu, “Azzjoni ZERO mill-awtoritajiet biex dan jiġi mrażżan – wara 3 snin li ilna għaddejjin. Xejn mhu protett fir-realta’…” Din hi għajta li qatt ma waqaf jipprova jwassal dan it-tim.

Jagħlaq bil-kliem, “Issa se jerġgħu jħallsu ċ-ċittadini ta’ rieda tajba biex jitneħħa u safrattant min remieh franka lira.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI