Għada, Francesca Mercieca li hija Miss Universe Malta 2026 se tibda l-avventura tagħha fi Puerto Rico, fejn se tkun qed tirrappreżenta lil pajjiżna f’wieħed mill-aktar konkorsi tas-sbuħija prestiġjużi fid-dinja.
Din is-sena, Miss Universe se jiċċelebra l-75 edizzjoni tiegħu, bil-finali mistennija ssir fl-24 ta’ Novembru fil-Coliseo de Puerto Rico José Miguel Agrelot fil-belt ta’ San Juan. Qabel il-finali l-kontestanti se jipparteċipaw f’diversi attivitajiet, fosthom il-preżentazzjoni tal-kostumi nazzjonali fil-21 ta’ Novembru.
Ta’ min ifakkar li s-sena li għaddiet Malta kisbet riżultat storiku permezz ta’ Julia Ann Cluett, li rnexxielha tikklasifika fost l-aqwa 12-il kontestanta għall-ewwel darba fl-istorja tal-parteċipazzjoni Maltija f’Miss Universe. Julia kienet ukoll l-unika rappreżentanta Ewropea li waslet sa dak l-istadju tal-kompetizzjoni.
Nawguraw lil Francesca kull suċċess f’din l-esperjenza!
Miss Universe Malta