Permezz ta' kitba fuq il-paġna tiegħu, l-ministru Glenn Bedingfield żamm lis-segwaċi tiegħu aġġornati b'laqgħa li kellu riċentament.
Hu qal, "Laqgħa mar-rappreżentanti tal-komunità Sirjana f’Malta, fejn iddiskutejna diversi temi ta’ interess, fosthom skema ta’ ritorn volontarju lejn is-Sirja, kif ukoll kwistjonijiet oħra li jolqtu lill-komunità."
Żied jgħid, "Laqgħat bħal dawn huma importanti sabiex inkomplu nsaħħu d-djalogu, nisimgħu perspettivi differenti u nindirizzaw l-isfidi b’mod responsabbli. Grazzi lir-rappreżentanti tal-komunità Sirjana tad-diskussjoni kostruttiva li kellna."
Glenn Bedingfield