“Strieħ Fis-Sliem” – Ħafna Maħsuda Bil-Mewt Ta’ Nicolai, Missier Żagħżugħ

Il-memorja ta’ Nicolai qed tibqa’ tgħix fil-qlub ta’ dawk li kienu jħobbuh, hekk kif wara t-telfa tiegħu ħafna qasmu messaġġi emozzjonanti li jfakkru mhux biss fl-imħabba kbira li kellu lejn ibnu, iżda wkoll fil-valuri sbieħ li ħalla warajh.

Nicolai ġie mfakkar bħala missier dedikat li dejjem ħadem biex ibnu qatt ma jonqsu xejn. Ġiet espressa gratitudni kbira għal dak kollu li għamel matul ħajtu u għall-imħabba li ta lil dawk l-aktar qrib tiegħu.

Lil ibnu Ben se jfakkruh li missieru issa huwa "stilla fis-sema", li minn hemm qed iħares lejh il-ħin kollu. Kull darba li jħares lejn is-sema, jista’ jħossu qrib missieru u saħansitra "jkellmu", biex il-konnessjoni bejniethom tibqa’ tgħix minkejja n-nuqqas tiegħu.

Il-wirt ta’ mħabba li Nicolai ħalla warajh se jibqa’ jgħix fil-memorji tal-familja tiegħu u ta’ dawk kollha li kellhom il-privileġġ li jafuh.

Minn hawn, it-tim ta’ Gwida.mt iwassal il-kondoljanzi sinċieri lill-familja, lill-ħbieb u lil kull min kien jaf u jħobb lil Nicolai f’dan il-mument diffiċli.

Ritratti:

Facebook / Nic Olai

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI