Is-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg kitbet dwar sitwazzjoni li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed tiżdied madwarna. L-iżvilupp tat-teknoloġija, fosthom l-intelliġenza artifiċjali.
“It-teknoloġija tista’ tagħmel ħafna ġid, iżda jekk tintuża ħażin, tista’ tikkawża ħsara kbira. Waqt konferenza organizzata llum bħala parti mill-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Ewropa, enfasizzajt kif l-intelliġenza artifiċjali qed tintuża minn kriminali biex jiġbdu vittmi fit-traffikar tal-bnedmin. Għalhekk, hemm bżonn ta’ azzjoni globali u kkoordinata biex nipproteġu l-vittmi u nikkumbattu dan ir-reat serju.”
Huwa importanti li jiġu diskussi dawn ir-realtajiet.