Il-paġna it-Temp Madwarna tat aġġornament tat-temp għal-lum, l-għaxra ta’ Frar.
Fuq il-paġna kitbu, “It-temp illum ġeneralment bnazzi li jissaħħab f’xi waqtiet, b’ċans ta’ xi ħalba xita iżolata iżjed tard… Ir-riħ moderat (F4) l-aktar mill-Punent il-Lbiċ (WSW)… Il-baħar ftit qawwi fejn ikun jaqbel, li jsir moderat. L-ogħla temperature llum: 17-il grad ċelsju, l-inqas illejla: 12-il grad ċelsju.”
Żiedu jgħidu li se jinħass l-iktar 18-il grad ċelsju u l-inqass 8 gradi ċelsju filwaqt li l-indiċi UV qiegħda 3.
Komplew jispjegaw, “Ir-ritratt miġbud riċentement fl-inħawi ta’ Wied il-Qlejgħa fil-limiti tar-Rabat, grazzi għal Audrey Vassallo.”
Facebook / It-Temp Madwarna