"It-Temp Illum Il-Biċċa L-Kbira Xemxi B'Xi Sħab Kultant" – It-Temp Madwarna



Fuq il-paġna tagħhom, it-Temp Madwarna, qasmu magħna t-temp li llum huwa mistenni. Għandu jkun xemxi bil-biċċa l-kbira tal-jum, b’xi sħab li jista’ jidher kultant f’ċerti żoni. Ir-riħ se jonqos fil-qawwa hekk kif il-jum jgħaddi – jibda moderat (forza 4 sa 5) iżda jsir aktar ħafif (forza 2 sa 3), u ġej l-aktar mill-Punent.



Il-baħar għandu jkun moderat, b’imbatt ħafif li ġej ukoll mill-istess direzzjoni. It-temperatura massima mistennija tilħaq it-21°C, filwaqt li l-inqas temperatura matul il-lejl hija ta’ 13°C. Tinħass ftit iktar sħuna matul il-ġurnata, madwar 22°C. L-indici UV illum huwa għoli – fuq l-iskala ta’ 8 – għalhekk huwa rakkomandat li wieħed jieħu l-prekawzjonijiet neċessarji.

X’taħsbu minn dan it-temp? Tħobbuh?

Facebook / It-Temp Madwarna



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI