It-temp illum mistenni jibqa’ pjuttost imsaħħab f’xi nħawi tal-Gżejjer Maltin, b’possibbiltà ta’ ħalbiet tax-xita iżolati għall-ewwel.
"It-temp illum jisbaħ pjuttost imsaħħab f’xi nħawi bi ftit xita iżolata għall-ewwel, li jsir il-biċċa l-kbira xemxi," tikteb il-paġna.
Skont it-tbassir tal-paġna It-Temp Madwarna, ir-riħ mill-Majjistral (F5-6) mistenni jkun pjuttost qawwi, filwaqt li f’xi nħawi jista’ jkun hemm ukoll buffuri aktar qawwija.
It-temperatura massima mistennija tilħaq is-26°C, filwaqt li t-temperatura minima matul il-lejl mistennija tinżel għal madwar 19°C.
F’Għawdex, it-temperatura mistennija tilħaq is-27°C, b’minima ta’ 18°C. L-indiċi UV huwa ta’ 5, għalhekk anke jekk is-sema jkun imsaħħab, tajjeb li wieħed jieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa meta jkun espost għax-xemx.