Is-sit ta’ The Weather Page Malta qed tirrapporta li t-temp għada, s-Sibt 30 ta’ Jannar 2021, il-maġġor parti ser ikun sabiħ, imsaħħab għal ftit waqtiet. Mistenni wkoll sħab għoli li jiżdied u b’riħ mill-Puntent Majjistru ta’ Forza 5 li mal-ħin mistenni jonqos għal Forza 4 u jdur lejn il-Lbiċċ. L-inqas temperatura mistennija tkun ta’ 14-il grad Celcsuis, filwaqt li l-ogħla temperatura mistennija titla għall-18-il grad Celcsuis.
Ħaqqna ftit temp sabiħ hux wara tant xita!
Facebook / The Weather Page Malta, Ritratt /Pexels