Żviluppi fl-aħħar sigħat jindikaw li l-kundizzjonijiet tat-temp mistennija jibqgħu instabbli, b’perjodi ta’ riħ qawwi u ħalbiet tax-xita, minkejja li hemm indikazzjonijiet li s-sitwazzjoni tista’ tibda tikkalma minn nhar it-Tnejn.
Skont informazzjoni minn osservaturi lokali tat-temp, il-Ħadd filgħaxija r-riħ mill-Punent Majjistru mistenni jkun moderat sa qawwi, b’possibbiltà li jkompli jissaħħaħ. Madankollu, ġie enfasizzat li m’hemmx lok ta’ allarm żejjed, peress li kundizzjonijiet bħal dawn mhumiex xi ħaġa ġdida u jiffurmaw parti min-natura stess tat-temp.
L-appell jibqa’ wieħed ta’ kawtela u prudenza, hekk kif it-temp huwa dinamiku u jista’ jinbidel skont diversi fatturi li jwasslu biex ikun aktar kalm jew, għall-kuntrarju, aktar qawwi. Għalhekk, il-pubbliku hu mħeġġeġ jibqa’ attent u ppreparat għal kwalunkwe żvilupp.
Għal-lum, filgħodu mistennija ħalbiet tax-xita, b’mod partikolari sa nofsinhar. Wara nofsinhar hemm ukoll ċans ta’ xita ħafifa, filwaqt li s-sema mistenni jkun l-aktar imsaħħab b’mumenti fejn tista’ tixref ix-xemx. Hemm ukoll ċans żgħir ta’ silġ u possibbiltà li jiżviluppaw ragħad u sajjetti, speċjalment qrib.
Ir-riħ mill-Punent Majjistru mistenni jibqa’ moderat u kemxejn kiesaħ. L-awtoritajiet u dawk li jsegwu mill-qrib l-andament tat-temp qed iħeġġu lill-pubbliku biex jibqa’ jsegwi l-aġġornamenti u jieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa.