Il-preżentatriċi Maltija Angie Laus bħalissa tinsab fit-Togo, fl-Afrika, fejn qed tgħix esperjenza oħra li żgur se tibqa’ tgħożż għal żmien twil. Permezz ta’ kitba fuq il-mezzi soċjali tagħha, Angie qasmet ftit mill-ferħ tagħha dwar din l-avventura, filwaqt li esprimiet l-ammirazzjoni tagħha lejn it-tfal li ltaqgħet magħhom.
"Avventura oħra mill-isbaħ. It-tfal tat-Togo huma tassew sbieħ!" kitbet Angie, filwaqt li semmiet ukoll lil Missio Malta fil-messaġġ tagħha. Sena wara sena, Angie tibqa' titla' l-missjoni biex tgħin fejn ikun hemm bżonn. Il-preżentatriċi, li tinsab fil-belt ta’ Kara, tidher li qed tgawdi din l-esperjenza u l-laqgħat man-nies tal-post.
Esperjenza oħra li qed tagħti lil Angie l-opportunità tiskopri kulturi differenti u toħloq memorji speċjali!