Wara li lbieraħ kien irreġistrat każ ta’ LSE bil-Covid-19 fl-iskola sajf ta’ Ħal Luqa, issa ġie rreġistrat it-tieni wieħed.
Dan qalitu l-Union of Professional Educators fi stqarrija fejn intqal ukoll li l-playworkers u ċ-child support workers impjegati f’din l-iskola telqu dak il-ħin minn fuq il-post tax-xogħol.
L-istess Union saħqet li se żżomm kuntatt mal-ħaddiema u tara li l-iskola se ssegwi l-proċeduri.
Ritratt: Covid-19/ WHO