Il-kantant Sebastian Calleja dalgħodu qasam aħbar ta’ dieqa oħra. Wara li tilef lil zitu ftit tal-jiem ilu minħabba l-Covid-19, issa ħabbar li tilef ukoll lil zijuh għal dan il-virus qerriedi. Dwar zitu u kien kiteb, “l-egoiżmu ta’ ċertu nies waslek f’dan il-punt” u jidher li l-weġgħa fil-familja Calleja kompliet tikber.
Sebastian kiteb, “It-tieni missier!! Ħallejtna bla kliem ziju Joe! Qatt ma ser ninsewk!! Kont u tibqa’ f’qalbna għal dejjem. Inħobbuk. Strieħ fi-sliem u hu ħsiebna!” Ma’ dan il-kliem Sebastian ħalla l-hashtag vittmaoħra! Hija ġa weġgħa kbira li familja titlef membru wieħed għal dan il-virus, iżda li titlef żewġ membri hija weġgħa ferm akbar.
Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lil Sebastian u lil familtu għal din it-telfa li ġarrbu. Inżommuhom f’talbna biex jagħmlu kuraġġ u jsibu sabar filwaqt li nsellmu l-memorja ta’ Joe u nagħtuh il-mistrieħ ta’ dejjem.
Facebook / Sebastian Calleja