It-tifla tal-kantant mibki Sammy Bartolo, Luisiana, llum ħabbret aħbar xokkanti. Sfortunatament ħalliena Mark Cutajar, li hi ddeskriviet li huwa “l-aqwa ħabib tiegħi, it-tieni Papà tiegħi.”
Mark ħalliena ġurnata qabel għeluq snin Luisiana. Hu kien se jkun il-persuna minflok missierha li kien se jmexxiha sal-artal fil-ġurnata tat-tieġ tagħha. Fuq il-midja soċjali, Luisiana żvelat x’uġigħ verament qed tħoss b’din it-telfa kbira.
“Il-kliem ma jistax jiddeskrivi kemm ninsab ixxukkjata, mkissra, kemm jien meqruda… Vera kont ħerqana li niċċelebra għeluq snini miegħek għada u li kont se tieħu l-unur u tmexxini sal-artal fil-ġurnata l-kbira tiegħi, f’ġieħ il-Missier maħbub tiegħi. Għaliex ħallejtni Mark? Għaliex daqshekk kmieni?!”
“Rajt il-ġisem bla ħajja tiegħek imma qatt ma rnexxieli ngħidlek ċaw, sibt ir-rigal tal-birthday tiegħi fuq il-mejda tiegħek u naf li kont ferħan ħafna biex tiltaqa’ miegħi għada imma qatt ma rnexxilek!! Ruħi mietet miegħek! Strieħ fil-paċi l-anġlu tiegħi, nispera li tista’ tiltaqa’ mal-Papà u tgħidlu dwar iż-żminijiet tajbin kollha li kellna flimkien għal dawn is-snin kollha! Inħobbok bla tmiem Mark.”
Aħna minn Gwida.mt nixtiequ ngħaddu l-kondoljanzi tagħhna lill-familja, ħbieb u qraba ta’ Mark, kif ukoll lil kull min qed iħoss it-telfa tiegħu. Strieħ fis-Sliem għażiż.
Facebook/Luisiana Bartolo