It-Tim Tal-Għaqda Dinjija Tas-Saħħa F'Wuhan Ma Jeskludix Li L-Coronavirus Ħarab Minn Laboratorju

It-tim tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa f’Wuhan li jinvestiga l-oriġini tal-virus tal-Covid-19 jgħid li kellhom aċċess għall-informazzjoni “li ħadd ma ra qabel” u “verament qed jaslu x’imkien” – u ma eskludewx il-possibbiltà li l-virus ħarab minn laboratorju.

Dr Peter Daszak, parti mill-missjoni għaddejja tal-WHO, qal lil Sky News: “Qed naraw informazzjoni ġdida u hija tajba, huma affarijiet prezzjużi ħafna li qed jibdew jgħinuna nħarsu lejn id-direzzjonijiet it-tajba għal dan il-virus.”

Dr Peter Daszak, li huwa l-president ta’ EcoHealth Alliance, NGO, qal fl-ewwel intervista tiegħu minn meta wasal fiċ-Ċina, li żjarat fuq il-post offrew informazzjoni prezzjuża – speċjalment is-suq tal-frott tal-baħar ta’ Huanan, fejn l-ewwel każijiet tal-Covid-19 instabu.

Il-missjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa waslet ġewwa Wuhan aktar minn sena wara li bdiet il-pandemija hemmhekk, wara li l-organizzazzjoni lmentat dwar dewmien fl-aċċess. Iżda sadanitant xjentisti Ċiniżi ilhom jagħmlu r-riċerka tagħhom stess dwar l-oriġini tal-Covid-19. Dr Daszak qal “hemm ftit indikazzjonijiet li qed insibu hawn u hemm fil-ġid ta’ din id-dejta”.

“Qed jaqsmu magħna dejta li ma rajniex qabel – li ħadd ma ra qabel. Qed jitkellmu magħna b’mod miftuħ dwar kull passaġġ possibbli. Verament qed naslu xi mkien u naħseb li kull membru tat-tim jgħid hekk.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI