Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Aġġornament tat-Temp taw il-previżjoni tat-temp għall-jiem li ġejjin.
Huma bdew billi qalu, “It-Tnejn 28 ta’ Lulju (twissija ta’ riħ qawwi). Xemxi b’riħ forza 6 buffuri forza 7 mill-Majjistral. Temperatura l-ogħla tmiss 30°C u l-anqas 23°C. Temp simili għal lum il-Ħadd. It-Tlieta 29 ta’ Lulju (twissija ta’ riħ qawwi). Xemxi b’riħ forza 5 buffuri forza 6 mill-Majjistral. Temperatura l-ogħla tmiss 29°C u l-anqas 23°C. L-Erbgħa 30 ta’ Lulju ftit imsaħħab b’riħ forza 4 għal 5 mill-Majjistral. Temperatura l-ogħla tmiss 30°C u l-inqas 23°C.Il-Ħamis 31 ta’ Lulju xemxi b’riħ forza 4 għal 5 mill- Majjistral. Temperatura l-ogħla tmiss 30°C u l-anqas 23°C.”
Żiedu jgħidu, “Il-Ġimgħa 1 ta’ Awwissu xemxi b’riħ forza 3 Punent buffuri forza 5 wara nofsinhar mill- Majjistral. Jerġa’ jnaqqas wara nżul ix-xemx. Temperatura l-ogħla tmiss 30°C u l-anqas 23°C. Is-Sibt 2 ta’ Awwissu xemxi b’riħ forza 4 Punent Majjistru tul il-lejl li jnaqqas għal forza 3 ma’ tlugħ ix-xemx mill-Majjistral. Temperatura l-ogħla tmiss 32°C u l-anqas 24°C. Il-Ħadd 3 ta’ Awwissu xemxi b’riħ forza 4 għal 5 mill-Majjistral. Temperatura l-ogħla tmiss 31°C u l-anqas 24°C. Grafika turi kif jaħkem il-Majjistral mal-kosta.”