Saret ħaġa komuni li niltaqgħu ma’ persuni li jinsabu f’pajjiżna bit-tama li jaħdmu u jgħixu ħajja aħjar. Issib ukoll ħafna kritika lejn bosta minn dawn in-nies, fejn ħafna Maltin anke jgergru bil-preżenza ta’ dawn il-barranin. Iżda r-realtà hija li sa żmien relattivament riċenti, konna aħna l-Maltin li qed inħallu l-pajjiż minħabba l-faqar u n-nuqqas ta’ xogħol.
Qalu, “Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Strada Stretta qalu, “Philip Baldacchino minn Ħaż-Żebbuġ siefer lejn Tuneż fl-1930, x’aktarx minħabba l-faqar u n-nuqqas ta’ xogħol f’Malta. Sa mill-1890, għeluf ta’ Maltin emigraw lejn it-Tuneżija. X’jolqtok l-aktar f’dar-ritratt? Kellek xa ħadd fil-familja jew taf b’xa ħadd li emigra lejn Tuneż?”
Żiedu, “Fis-snin tletin (1930s) kien hemm komunità ġmielha ta’ Maltin, fosthom bdiewa, sajjieda, nies tas-sengħa, tobba, periti u oħrajn fit-trasport pubbliku. Sors: Ritratt tal-passaport tal-1930. Arkivji Nazzjonali ta’ Malta.”