Illum jagħlaq sninu Christian Scerri, żeffien u għalliem taż-żfin brillanti. Nistgħu ngħidu li lil Christian narawh involut f’diversi okkażjonijiet fix-xena tal-ispettaklu, fi ħdan Southville Dancers.
Bosta awgurawlu f’dan il-jum fosthom iz-zija tiegħu, il-Viċi sindku ta’ Birżebbuġa, Josette Busuttil.
“Għażiż Christian Scerri, it-twelid tiegħek kien mument mill-aktar speċjali għalija għax kien proprju dakinhar li sirt zija għall-ewwel darba. Dak il-jum fetaħli kapitlu ġdid u tani l-isbaħ opportunità biex nitgħallem kif inkun l-aqwa zija fid-dinja hux hekk?”
Josette tesprimi kemm hi kburija li tara lil Christian maħbub mhux biss għall-personalità sabiħa tiegħu, iżda anke bħala għalliem dedikat.
“Il-passjoni u d-dixxiplina tiegħek huma ta’ ispirazzjoni għal ħafna. Nawguralek jum mimli ferħ u sena oħra ta’ suċċessi kbar, kemm fil-karriera tiegħek kif ukoll fil-ħajja personali.”
Qasmet xi ritratti għall-okkażjoni. Awguri minn qalbna Christian! Nawgurawlek ħafna affarijiet sbieħ llum u dejjem!
Facebook/ Josette Busuttil