Żewġ klieb mitlufin spiċċaw jiġru fi triq ewlenija f’Santa Venera b’konsegwenza li lbieraħ wieħed minnhom sfa fergħut wara li qala’ daqqa ta’ karozza.
Malli nstabu ż-żewġ klieb ittieħdu għand l-Animal Welfare u xi sigħat wara l-attivista tal-annimali Christa Cilia żvelat li s-sidien ta’ żewġ klieb kienu nstabu.
Bosta kienu dawk li fuq il-midja soċjali esprimew sens ta’ rabja u dispjaċir għal din is-sitwazzjoni.
Facebook / Francy Binetti u Prasanna Gurung