Is-sit It-Temp Madwarna qed iwissi li fil-jumejn li ġejjin pajjiżna se jkun qiegħed jintlaqat minn riefnu.
Dan hekk kif illejla fis-sigħat ta’ filgħaxija r-riħ se jkun qed jilħaq il-forza 8 u mbagħad fil-jumejn ta’ wara se jkun qed iżid fil-qawwa tiegħu u jilħaq saħansitra il-forza 9.
Sadanittant, l-Uffiċju Meteroloġiku ta’ pajjiżna qed ibassar li f’dawn il-jumejn il-gżejjer Maltin aktarx se jintlaqtu minn xi ħalbiet iżolati tax-xita wkoll. Dan filwaqt li qed jiġi antiċipat li r-riħ se jkun qed iwassal lit-temperatura sabiex tinżel għal 13°C.
Facebook / Malta Weather (mingħand Ted Attard) u Malta Attraction Map