Illum ġewwa l-Happy School f’Għawdex saret attivita ħelwa, u s-surmast ħa ħsieb jaqsam is-sabiħ ta’ din il-ġurnata mas-segwaċi tiegħu fuq Facebook.
Hu qal, “X’atmosfera tremenda kellna l-iskola llum. Grazzi lil tant nies li għamlu dan kollu possibli għal uliedna. Il-Prinċipal tal-Kulleġġ, l-edukaturi sħabi, il-ħaddiema tal-iskola, l-Għaqdiet tal-Armar San Ġorġ u Santa Marija, il-bandisti, Moira u Michael għall-islush, Andre’ u sħabu għall-karti, bżieżaq, logħob tan-nar u ilma, il-ġenituri ta’ tant sapport u kooperazzjoni u fl-aħħar u mhux l-inqas it-tfal tal-iskola ferrieħa tagħna għax mingħajrhom maħna xejn.”
Permezz ta’ kitba oħra qal, “Iva, dan huwa jien, tifel qalb it-tfal.”