F'għeluq snin Ivan, numru ta' ħbieb u parteċipanti fil-konkorsi varji li jorganizza Ivan awgurawlu f'dan il-jum għażiż. Kien hemm ħafna u ħafna messaġġi sbieħ. Fost il-messaġġi kien hemm dawn li jiddeskrivu lil Ivan: "Raġel b'qalb tad-deheb" li dwiet mhux darba jew darbtejn!
Ritratt: Facebook / Ivan Gaffiero
Oħrajn ħadu l-opportunità u jsellmu lil Ivan billi jirringrazzjawh: "Grazzi tal-kuraġġ u l-ġid li tagħmel ma' ħafna nies. J'Alla jkollok sena mimlija paċi u mħabba." Kien hemm min faħħru: " Simpatiku, kif ukoll peruna li timxi b'wiċċek 'il fuq u qatt ma taqta' qalbek. U b'hekk tagħmel kuraġġ kbir lil ħaddieħor."

Ritratt: Facebook / Ivan Gaffiero
Ma naqsux messaġġi oħra li tkellmu dwar kemm jgħin u l-imħabba tiegħu lejn il-Mulej: "Il-ġid li qed tagħmel f'din id-dinja għad iwasslek għal premju sabiħ għand il-Ħallieq li inti tant tħobb." Magħhom dawn kien hemm numru ta' messaġġi u ċertament li matul il-ġurnata tal-lum ikomplu jiżdiedu!

Ritratt: Facebook / Ivan Gaffiero
Ivan kellu messaġġ sabiħ x'jaqsam ma' dawk li tant iħobbuh, tard ilbieraħ flgħaxija fejn kiteb: "Kienet sena ta' saħħa, sena ta' ħolm li sar realtà. Sena ta' sfidi kbar. Grazzi Mulej, 46 sena dejjem kont miegħi." Illum Ivan jagħlaq 47 sena u f'isem Gwida.mt nawgurawlu l-isbaħ xewqat, inħeġġuh ikompli jagħmel tant u tant ġid bl-opportunitajiet varji li joffri. Awguri Ivan!
Facebook / Ivan Gaffiero