Ix-Xmara Siene F'Pariġi Miftuħa Għall-Għawm Wara Aktar Minn 100 Sena!

Għall-ewwel darba f’aktar minn mitt sena, in-nies ta’ Pariġi kif ukoll it-turisti issa jistgħu jgħumu legalment fix-Xmara Seine f’Pariġi, grazzi għal proġett ta’ tindif ambizzjuż li ġie jiswa €1.4 biljun. Din il-bidla storika ġiet milqugħa b’ħerqa, speċjalment matul ix-xhur sħan tas-sajf.

Sa tmiem Awwissu, madwar 1,000 għawwiem kuljum jistgħu jgawdu minn tliet żoni pubbliċi għall-għawm li jinsabu tul ix-xmara – kollha b’xejn. Il-postijiet għall-għawm jinsabu qrib simboli ewlenin tal-belt bħal it-Torri Eiffel, il-Katidral ta’ Notre Dame, u l-Librerija Nazzjonali Franċiża, b’waħda mid-dħul qrib it-Torri mfassla apposta għall-familji.

Il-proġett ta’ tindif ġie mgħaġġel minħabba l-irwol tax-Xmara waqt il-Logħob Olimpiku ta’ Pariġi tas-sena l-oħra, u kien promoss mill-eks sindku Anne Hidalgo, li anke għamlet storja meta qabżet fix-xmara hi stess qabel il-logħob bħala ġest simboliku.





Il-proġett enormi kien jinkludi l-konnessjoni ta’ 20,000 dar mas-sistema tad-drenaġġ, it-titjib tal-impjanti tat-trattament tal-ilma, u l-kostruzzjoni ta’ tankijiet kbar għal-ilma tax-xita biex jiġi evitat li l-ilma maħmuġ jifforma waqt maltempati.

Biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-għawwiema, fuq il-post hemm lifeguards, kif ukoll faċilitajiet bħall-kmamar tal-ilbies u doċċi. Il-kwalità tal-ilma se tiġi mmonitorjata kuljum, b’sistema ta’ bnadar li tindika jekk huwiex sigur li wieħed jgħum jew le.

Għalkemm kien hemm tħassib dwar is-sigurtà tal-ilma matul il-Logħob Olimpiku, l-avvenimenti saru b’suċċess u kisbu l-fiduċja tal-pubbliku. L-awtoritajiet tat-turiżmu qed jistennew li l-għawm fix-Xmara Seine isir wieħed mill-akbar attrazzjonijiet tas-sajf fil-belt kapitali Franċiża.

Wara għexieren ta’ snin ta’ projbizzjonijiet, Pariġi qed terġa’ tagħti l-ħajja lix-xmara tagħha u b’dan, tagħti wkoll kapitlu ġdid ta’ ħajja urbana, b’għaqda bejn il-passat, il-preżent, u futur iktar nadif.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI