“Ix-Xogħol Tagħna U Dawk Ta’ Oħrajn Ġew Identifikati F’Rapport Estensiv Tal-European Hematology Association” – Il-Professur Joseph Borg

Il-Professur Joseph Borg kiteb messaġġ fuq il-paġna uffiċjali tiegħu fejn spjega li r-riċerka tal-laboratorju tiegħu intagħżlet biex jiġu skoperti iżjed affarijiet li jistgħu jgħinu fil-kundizzjonijiet tad-demm.

Hu kiteb, “llum vera ferħan! Hekk kif irċevejt nota li fost mijiet ta’ riċerka fuq id-demm, ix-xogħol tagħna u dawk ta’ oħrajn ġew identifikati f’rapport estensiv tal-European Hematology Association Congress 2025 li attendejt f’Milan.”

Kompla jispjega li dan ix-xogħol, li ntgħażel minn fost mijiet ta’ riċerki oħrajn, se jgħin f’kundizzjonijiet ta’ hemoglobina bħall-marda tas-sickle cell u Thalassaemia. Dan huwa tassew unur kbir għal pajjiżna u se joffri wkoll it-tama ta’ iżjed għajnuna lil bosta persuni li qed jissieltu ma’ kundizzjonijiet tad-demm.





Facebook / Joseph Borg



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI