“Ix-Xogħol Iebes U Ljieli Bla Rqad Se Juru L-Frott Tagħhom Illejla! Il-Finali Tal-JESC…” – Omm Destiny Chukunyere

Alexia, omm Destiny Chukunyere, awgurat lil bintha li flimkien ma' Keane u Gaia, se tkun qed tippreżenta l-Junior Eurovision Song Contest f'Malta llejla.

Hi kitbitilha, "Dan għażilt li nippubblikalek għall-ġurnata l-kbira llum għażiża Destiny. Ritratt li juri storja. Ix-xogħol iebes u ljieli bla rqad se juru l-frott tagħhom illejla! Il-finali tal-JESC... nostalġija ta' meta rbaħtu inti stess u grata li se tkun qed tippreżentah inti f'Malta, x'unur! Irnexxielek tasal s'hawn u ninsab tant kburija bik! Qed turi l-arti tiegħek u x-xogħol professjonali tiegħek f'dak kollu li tagħmel. Nawguralek lejl ta' maġija llejla u nawguralek ir-risq Destiny tiegħi, u anke lill-preżentaturi eċċezzjonali Keane u Gaia li wkoll se jkunu miegħek (l-aqwa Trio)."

Żiedet tgħid, "Wara kull storja/ prestazzjoni u dehra hemm tim mill-aqwa ta' nies li jaħdmu minn filgħodu sa filgħaxija. Nixtieq nirringrazzjakom kollha u r-risq lil Malta!"

Malta tinsab kburija mmens bik Destiny!

Ritratt:

Facebook / Alexia Chukunyere u Destiny Chukunyere

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI