“Sentejn Mingħajrek, Pa, U Xorta Nħoss In-Nuqqas Tiegħek Kuljum” – Il-Kunsillier Christian Attard

Il-Kunsillier taż-Żejtun, Christian Attard kiteb messaġġ iddedikat lil missieru, li ħalla din id-dinja sentejn ilu.

Hu kitiblu, “Sentejn mingħajrek, Pa, u xorta nħoss in-nuqqas tiegħek kuljum. Kemm nixtieq li kont għadni nista’ noqgħod ħdejk, ngħannqek u mmorru nieħdu birra flimkien bħal qabel. Kieku naf kemm kont se nimmissjak, kont inżommok f’idejja ftit aktar. Nittama li xi darba nerġgħu niltaqgħu, Pa, għax għad fadlilna dik il-birra x’nixorbu flimkien.”

Flimkien ma’ dan il-messaġġ, ippubblika ritratti tiegħu m’għannaq mal-għażiż missieru li jħoss in-nuqqas tiegħu tant. Qatt mhu faċli li titlef il-ġenituri għeżież tiegħek, imma nafu fiċ-ċert li Missieru jinsab kburi mmens bih.

Jistrieħ fis-sliem u l-paċi. Il-memorja tiegħu tibqa’ fi qlubna għal dejjem.

Ritratt:

Facebook / Christian Attard

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI