"Ixxurtjat Li Għandi Ħija Bħalek. Int Id-Dawl Li Ilek Tiggwidani Għal 30 Sena." – Mark Anthony Bartolo B'Awgurju Lil Ħuh F'Għeluq Sninu

Illum hi ġurnata speċjali għal membru fil-familja tal-kantant lokali Mark Anthony Bartolo – jum għeluq snin l-għażiż ħuh, Stephen. Mark Anthony f’din l-okkażjoni xerred ritratti flimkien ma’ ħuħ, b’uħud minn snin ilu, kif ukoll messaġġ mill-qalb.

“Għażiż ħija Stephen, Awguri f’għeluq sninek. Nixtieq biss nirringrazzjak talli kont hemm għalija fit-tajjeb u fid-diffikultajiet. Jien ixxurtjat li għandi ħija bħalek. Int id-dawl li ilek tiggwidani għal 30 sena. Awguri f’għeluq sninek, nittama li jkollok ġurnata mill-isbaħ.”

Mark Anthony u ħuh Stephen kellhom l-opportunità li jkunu fuq il-programm Sibtek flimkien wara li għamlulu sorpriża ħelwa. Awguri mill-qalb!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI