Iż-Żebbuġin F’Għawdex Jibku T-Telfa Ta’ Ħuhom Karmnu Cefai – Jistrieħ Fis-Sliem

Iż-Żebbuġin f’Għawdex jinsabu f’luttu hekk kif  wieħed minnhom, Karmnu Cefai, daħal fl-eternita’ fl-ghomor ta’ 72 sena illum is-Sibt 27 ta’ Frar. 





Il-knisja parrkojali ta’ Ħaż-Żebbuġ f’Għawdex żvelat hekk: “Ser nagħtuh l-aħħar tislima nhar it-Tnejn 1 ta’ Marzu.
4.00 pm Korteo mill-Isptar Ġenerali
4.15 pm Talb tas-Salmi  fil-knisja parrokkjali
4.30 pm Quddiesa fil-knisja parrokkjali.
Agħtih Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem. Il-Komunita’ Parrokkjali titlob ghalih u tinghaqad mal-familjari f’dan il-mument ta’ fidi.”

Aħna minn Gwida.mt nixtiequ ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familja, ħbieb u qraba ta’ Karmnu, u lil kull min qed iħoss it-telfa tiegħu. Strieħ fis-Sliem għażiż.

Facebook/Żebbuġ Gozo Parish



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI