Iz-Zija Doris Mhix Iz-Zija Tiegħi, Imma Daqs Li Kieku Z-Zija Tiegħi… Strieħ Fis-Sliem Għażiża Doris” – Clyde Puli

Clyde Puli sellem il-memorja ta’ Dorsi, mara li għalih kienet qisha z-zija tiegħu.

Hu kitbilha, “Iz-zija Doris mhix iz-zija tiegħi, imma daqs li kieku z-zija tiegħi. Bħal ma n-neputijiet li hi tant ħabbet inqishom familja tiegħi. Hekk kif smajt bl-aħbar tnikkitt u l-memorji ġrew bija. Iz-zija Doris flimkien maz-zija Judith kienet hemm għalija mill-ewwel ġurnata li dħalt fil-politika. Sa minn meta ma kont ħadd u xejn.”



Żied jgħid, “Strieħ fis-sliem għażiża Doris. Ma ninsa qatt dak li għamilt miegħi. Sellilna għal Carmelina, Reno, Mark, Sonia, Judith, u l-ħbieb kollha tagħna li ġew nieqsa matul is-snin. Kondoljanzi lill-familja kollha.”



Inżommu lil Doris u lill-familjari u ħbieb tagħha fit-talb tagħna, tistrieħ fis-sliem u l-paċi.



Ritratti:

Facebook / Clyde Puli

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI