Xi drabi l-affarijiet li verament inħobbu ma napprezzawhomx bizejjed sakemm nitilfuhom. L-istess man-nies, persuna napprezzawha meta nitilfuha. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Dr Nicholas Briffa qasam messaġġ relatat ma’ dan.
Hu qal, “Fis-snin li ili naħdem man-nies, smajt ħafna u ħafna dispjaċiri. Wieħed li nisma' ta' spiss hu li ma jkunux qattgħu biżżejjed ħin ma' dawk li verament huma viċini tagħhom.”
Żied, “Dejjem se jkun hemm aktar xogħol x'nagħmlu, aktar flus x'naqilgħu, aktar investimenti x'nagħmlu u aktar miri x'nilħqu. Sfortunatament imma ż-żmien li nitilfu mal-għeżież tagħna ma nistgħu nixtruh lura qatt.”